Sport Sport Ieħor

Hillclimb: Riżultati sodisfaċenti minn ħames sewwieqa Maltin fi Sqallija

Fil-ġranet li għaddew ħames sewwieqa Maltin tal-Hillclimb ikkompetew fis-66 edizzjoni Salita dei Monti Iblei Hillclimb fi Sqallija.

Il-ħames sewwieqa li kisbu riżultati sodisfaċenti kienu Darren Camilleri, li fil-klassifika ġenerali temm fis-17 -il post, Ivan Paul Deidun li temm fid-19-il post u fil-ħames post fil-klassi tieghu u Edward Calleja li kien l-ewwel fil-klassi tiegħu, it-tieni fil-grupp u fl-24 post fil-klassifika ġenerali.

Noel Galea temm l-ewwel fil-klassi tiegħu, it-tielet fil-grupp u fis-26 post fil-klassifika ġenerali.

James Dunford temm fit-tielet post fil-klassi tiegħu u fit-53 post fil-klassifika.

F’din l-edizzjoni tas-Salita dei Monti Iblei Hillclimb fi Sqallija ħadu sehem 230 sewwieq.