Lokali

Imħassba dwar saħħet in-nies fit-toroq wara li ħareġ fil-beraħ ir-racket tal-liċenzji tal-karozza

Ritratt: Mill-arkivji

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Mediċina fis-Saħħa Pubblika (MAPHM) ħarġet tikkundanna bis-sħiħ ir-racket tal-liċenzji tal-karozza hekk kif dawn il-liċenzji li ngħataw bħala pjaċir qed iwasslu għal riskju sħiħ dwar is-saħħa tan-nies fit-toroq tagħna.

Qalu kif dan l-iskandlu qed iwassal biex il-pubbliku ma jibqax jafda lill-awtoritajiet ta’ pajjiżna minħabba li n-nuqqas ta’ standards fit-toroq tagħna b’nuqqas kbir ieħor għall-protezzjoni tal-pubbliku.

L-Assoċjazzjoni qalet kif dan l-istat li ninsabu fih qed jaffetwa lil kull individwu b’mod ambjentali, mentali u fiżikament, b’riżultat li rajna numru rekord ta’ fatalitajiet fit-toroq Maltin fl-2022.

Huma fakkru li s-sewqan tajjeb jiġi ttestjat waqt l-eżamijiet li jsiru għas-sewqan, u la darba dan il-pass ġie maqbuż għaliex persuni kelmu lil diversi persuni għal pajċiri, dan ifisser li hekk sewwieqa fit-toroq Maltin li mhux neċessarjament huma kwalifikati biex isuqu.

Kien fid-dawl ta’ dan kollu li l-Assoċjazzjoni talbet biex biex issir evalwazzjoni tal-liċenzji li ngħataw f’dan il-proċess minflok il-Gvern jagħżel li jipprova jnessi dan ir-racket qisu xejn mhux xejn… għad-detriment tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.

Din it-talba ma saritx biss mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Mediċina fis-Saħħa Pubblika iżda anke, fost l-oħrajn, mill-Organizzazzjoni Doctors for Road Safety li appellaw lill-Gvern biex minnufih jevalwa l-liċenzji kollha u jittieħdu lill-individwi sakemm jgħaddu mill-proċess ta’ eżaminazzjoni.