Għal 10 snin sħaħ, il-Gvern Laburista biegħ il-ġid ta’ pajjżna lil minn offra l-għola prezz, iprostitwixxa il-passaporti u ħoloq atmosfera li waslet għal qtil ta’ ġurnalista. Dan filwaqt li jibqa’ jagħti l-impjiegi u l-favuri biex jitħabeb politikament.
Din mhux għajnuna imma diskriminazzjoni
Dan kien is-sentiment espress fl-editorjal tat-Times, fl-istess ġimgħa li fiha eskala l-iskandlu tal-liċenzji tas-sewqan – ġimgħa li fiha l-Prim Ministru Robert Abela, baqa jidefendi lil-Ministri kollha tiegħu inkluz lil Ian Borg.
It-Times spjegat illi f’demokrazija normali kemm il-Ministri, u possibilment anka l-Prim Ministru kien jirriżenja u kienet tissejaħ elezzjoni quddiem racket bħal dan. Iżda fil-politika Maltija hawn sens ta’ impunita għal dawn l-istandards.
L-editorjal kompla jgħid li meta il-poplu ripetutament jisma li dak li qed jara ċar quddiemu mhux minnu eventwalment jibda jidubita minnu nifsu… u din il- verita’ twassal għal apatija li xekkel id-demokrazija. Tatika li skond l-editur tixbaħ il-politika użata minn Donald Trump u Jair Bolsonaro, u mhux minn mexxejja Ewropej – politka li hija forma ta’ manipulazzjoni, li tintuża biex tinxterred il-misinformazzjoni.
Il-ġurnal jgħid illi anke jekk dan kien att biex jgħinu lin-nies, ma jispjegax għaliex il-manuvri kienu jsiru fuq WhatsApp ‘il bogħod minn kull traċċa ta’ verifika – bl-għajnuna tingħata lil dawk li jagħtu l-appoġġ tagħhom lil Partit Laburista. U għalhekk, dawk tal-qalba jaqbżu l-kju…. u l-oħrajn jibqgħu jistennew.
L-editorjal item billi jgħid li l-inqas ħaġa li seta’ għamel Abela kienet li jgħid li qed jinvestiga dan ir-racket. Madanakollu din id-darba għażel li jkompli jaqa’ iżjed fil-baxx, bl-iskuża li qed jgħin lin-nies.
//= $special ?>