Il-Ħamis, 5 ta’ Ottubru, ingħata uffiċjalment bidu għat-tielet edizzjoni tal-iStartup Festival fl-MFCC Ta’ Qali.
Fl-ewwel żewġ edizzjonijiet, l-avveniment ‘Startup Festival’ ospità numru ta’ persuni ikoniċi fid-dinja imprenditorjali flimkien ma’ mijiet ta’ negozji kemm lokali kif ukoll internazzjonali u ċertament li din is-sena mhux se tkun differenti.
Maqsum fuq jumejn, dan il-festival huwa magħul minn numru ta imprendituri u negozji ġejjin minn setturi varji fosthom id-Digital Gaming, AR/VR, FinTech, BioTech, il-kannabis medicinali, Metaverse, MedTech kif ukoll l-hekk msejħa Blue Economy.
Apparti d-diversi taħdidiet li huma karatteristika ta’ tali avveniment, din kienet okkażjoni fejn numru ta’ startups u scaleups lokali jiltaqgħu ma persuni li għandhom in-negozju lil’hinn minn xtutna.
Dan servihom ukoll ta’ opportunità eċċezzjonali sabiex jakkwistaw fondi essenzjali għan-negozju tagħhom.


