Il-Ministeru għall-Anzjanità Attiva ħabbar il-ħatra ta’ aġent CEO ġdid f’San Vinċenz de Paul. Jorgen Souness se jibda jokkupa din il-kariga wara Josianne Cutajar.
Souness huwa infermier fejn laħaq il-grad ta’ charge nurse u riċentament serva bħala d-direttur tal-Assigurazzjoni tal-Kwalità fil-Ministeru tas-Saħħa, speċifikament fi ħdan is-Servizzi Sekondarji ta’ Kura.
Matul il-pandemija COVID-19, Souness kellu rwol ewlieni bħala koordinatur responsabbli mis-sorveljanza tal-programm ta’ tilqim COVID-19 fuq livell nazzjonali, fejn ta kontribut kruċjali sabiex dan il-programm ikun suċċess magħruf internazzjonalment.
Fir-rwol amministrattivi tiegħu fl-Isptar Mater Dei, u dan l-aħħar fl-ippjanar tal-Paola Hub, Jorgen Souness ħadem fuq il-kunċett ta’ kura ċċentrata fuq il-pazjent (patient-centred care) u wasal biex jissottometti t-teżi tal-masters tiegħu dwar ‘Quality Assurance in Healthcare’.
//= $special ?>