Sport Sport Ieħor

Karting: Timothy Zarb jirbaħ il-klassi tiegħu fil-VII Coppa Italia 8

Nhar il-Ħadd l-1 t’Ottubru, is-sewwieq Malti, li jsuq ma’ Tripoli Motorsport Timothy Zarb spiċċa fl-ewwel post fil-klassi 125X30 Junior fil-VII Coppa Italia 8, fiċ-ċirkwit ta’ Pista del Sole fi Sqallija.

Zarb kellu ħin ta’ 9:20:893 b’distakk minimu ta’ 0.672 mis-sewwieq ta’ warajh Francesco Truscelli ta’ BM Sport.

Għal Zarb, li għandu 14-il sena, din kienet it-tielet esperjenza barra minn Malta u l-ewwel waħda ma’ Tripoli Motorsport, fejn kien qed itellaq kontra 9 sewwieqa oħra.

Timothy Zarb irnexxielu jidħol fl-ewwel post minkejja li fil-Pole Position spiċċa fis-seba’ post filwaqt li fil-Pre Final spiċċa r-raba’.