Raġel ta’ 39 sena residenti Ħaż-Żabbar, weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħal-Tarxien.
Il-każ seħħ għal ħabta ta’ 7:00 fi Triq id-Dejma, Ħal Tarxien meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn Kia Sportage misjuqa minn mara ta’ 34 sena residenti Ħal Qormi, u mutur Kymco Agility misjuq mill-vittma.
Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.