Sport Sport Ieħor

Sabalenka tavvanza għall-kwarti finali tal-Open taċ-Ċina

(Ritratt: EPA)

In-numru wieħed tad-dinja fil-kategorija tan-nisa Aryna Sabalenka avvanzat għall-kwarti final b’rebħa faċli fuq it-Taljana Jasmine Paolini.

Il-plejer Belarussa ħarġet rebbieħa bl-iskor ta’ 6-4 7-6 (7-4).

Sabalenka issa se taffronta lir-rebbieħa tal-Wimbledon 2022 Elena Rybakina fil-kwarti finali.

Fil-partita l-oħra, iċ-champion tal-Amerika Coco Gauff irnexxiela ddawwar telfa f’rebħa kontra Veronika Kudermetova sabiex għaddiet għar-rawnd li jmiss bl-iskor ta’ 7-6 (7-5) 6-2.

Ir-rebħa ta’ Gauff timmarka l-15-il rebħa konsekuttiva tagħha, l-iktar rebħiet konsekuttiva din is-sena, hekk kif qabżet lil Iga Swiatek li kisbet 14 iktar kmieni din is-sena.

Gauff issa se taffronta lil Maria Sakkari fil-kwarti finali li għelbet lil Wang Xinyu bl-iskor ta’ 6-4, 2-6, 6-3.

Iż-żewġ tennisti diġa ltaqgħu f’konfront preċedenti, hekk kif Gauff għelbet lil Sakkari fil-finali tal-Open ta’ Cincinnati.

Il-Franċiża Caroline Garci għelbet lill-Ukrena Anhelina Kalinia bl-iskor ta’ 6-3, 6-2 biex b’hekk issa se taffronta lill-4 darbiet rebbieħa tal-Grand Slam Iga Swiatek fil-kwarti finali.