Internazzjonali

Soluzzjoni għall-konġestjoni tat-traffiku f’Singapore: Spiża li tlaħħaq mad-90,000 ewro għad-dritt ta’ karozza privata

Filwaqt li f’Malta qegħdin niffaċċjaw sitwazzjonijiet impossibbli ta’ konġestjoni tat-traffiku, il-Gvern f’Singapore qed jaħseb f’dejjem aktar miżuri drastiċi biex jevita l-paraliżi għat-traffiku flimkien ma’ kundizzjonijiet stressanti u insapportabbli għas-sewwieqa waqt l-‘hekk-imsejjaħ ‘gridlock’ fit-toroq.

Fil-fatt, ir-rapporti minn Singapore qalu li l-ispiża ta’ ċertifikat jew reġistrazzjoni għal karozza ta’ ċerta daqs għall-familja issa qabżet għal għoli rekord (ġdid) ta’ madwar 90,000 ewro jew l-ekwivalenti tas-somma.

Kien proprju fl-1990 li l–awtoritajiet f’dan l-Istat introduċew iċ-ċertifikat li jintitola lill-familji għall-użu ta’ karozza personali….Ċertifikat validu għal għaxar snin u li l-iskop tiegħu hu li jnaqqas il-kartozzi mit-toroq.

Għaldaqstant iċ-ċertifikat hu ‘sagrosant’ għas-sidien tal-karozzi prospettivi f’Singapore – bil-karozzi qed jinbiegħu waqt irkant li jsir kull ġimgħatejn, bil-Gvern jikkontrolla l-ammont taċ-ċertifikati għall-bejgħ.

Is-sistema – li tinkludi t-taxxi u s-sisa – tfisser li Singapore, bla dubju, hu l-aktar pajjiż fid-dinja li jippermetti dawn il-prezzijiet ‘projbittivi’ għall-karozzi – b’ċerti mudelli ta’ vetturi qed jinbiegħu bi prezz sitt darbiet ogħla minn ta’ vetturi simili fl-Istati Uniti.

Is-sistema, f’Singapore,  timplimenta tipi differenti ta’ ċertifikazzjoni għall-karozzi ta’ daqs iżgħar kif ukoll għall-muturi u vetturi kummerċjali.

Fl-istess ħin, il-prezzijiet taċ-ċertifikazzjoni għall-vetturi ilhom l-aħħar xhur jilħqu r-rekords ġodda, bl-ekonomija f’Singapore tieħu spinta wara l-pandemija.Dan ukoll meta mistenni li l-Gvern f’dan il-pajjiż, is-sena d-dieħla, għandu jneħħi r-rebates għaċ-ċertifikazzjoni li għad trid toħr