Rugby Sport

Tazza tad-Dinja: New Zealand jikkwalifikaw għall-kwarti finali b’rebħa meritata fuq l-Urugwaj

(Ritratt: EPA)

New Zealand għaddew għall-kwarti finali tat-Tazza tad-Dinja b’rebħa konvinċenti fuq l-Urugwaj bl-iskor ta’ 73-0.

Damian McKenzie, Richie Mo’unga, Will Jordan u Cam Roigard skorjaw it-tries tagħhom fl-ewwel taqsima, filwaqt li hattrick impressjonanti ta’ Fainga’anuku fit-tieni taqsima kompliet tagħti l-vantaġġ meritat lill-All Blacks.

Prestazzjoni mill-aqwa minn McKenzie ukoll fit-tieni taqsima hija kkunsidirata bħala waħda mill-aħjar partiti tiegħu f’dan il-kampjonat s’issa, kif ukoll fost l-aħjar mill-plejers kollha tat-tournament.

Fil-każ li Franza jegħlbu lill-Italja illum, New Zealand b’hekk jispiċċaw fit-tieni post f’ Pool A,