“Qatt ma kellna ħajja tajba daqs illum”.
Hija din id-dikjarazzjoni li saret mid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne meta ilbieraħ indirizza laqgħa tal-Partit Laburista, bħala parti mill-Konferenza Ġenerali Laburista. Bil-Ministru Fearne jinsisti li dan ma seħħ b’kumbinazzjoni “sempliċiment għaliex San Pawl inżerta iħobbna”.
Quddiem il-partitarji Laburisti, Fearne ftaħar bil-livell ta’ għixien u l-kwalità tal-ħajja f’pajjiżna, u wasal biex stqarr li “għandna l-aħjar kwalità tal-ħajja li qatt kellna”. Dan meta diversi għaqdiet, unions u Korpi Kostitwiti qed jappellaw biex il-Gvern ibiddel il-mudell ekonomiku preżenti li wassal għal splużjoni fil-popolazzjoni, traffiku enormi f’kull ħin, sptar iffullat, pressjoni kbir fuq is-sistema tad-distribuzzjoni tal-enerġija u ħmieġ f’diversi zoni tal-pajjiż.
//= $special ?>