Il-ġonna storiċi tal-Floriana għal darba oħra se jerġaw ikunu il-protaganisti ċentrali fejn nahr il-Ħadd li ġejj se terġa tiġi organizzata ġenna ġonna fejn jkun hemm bosta attivitajiet differenti għal-familja kollha.
Din is-sena l-attività se tibqa għaddejja sa 8.30pm fejn mill-4.00pm ‘il quddiem hafna mil-attivitajiet se jkunu fil-qalba tal-Floriana fil-ġnien il-Mall. Qrib il-Fossos se jkun hemm ukoll wirjiet mil-korp tal-pulizija dan apparti wkoll wirjiet oħra fil-binja tal-kurja .
Matul il-ġurnata tal-Ħadd wieħed jista japprezza ukoll prodotti varji ta’ artiġġjanat u bosta stands fejn wieħed jista josserva it-talent lokali kif ukoll spettaklu mużikali bis-sehem ta’ Verna folk band u Spiteri lucas band.
Tul din l-attività li hija organizzata mill-kunsill lokali tal-Floriana wieħed se jkun jista jgħati donazzjoni li se tmur b’risq Puttinu cares.
//= $special ?>