Ir-Royal Malta Yacht Club organizza tellieqa lejn Licata u Ragusa fuq medda ta’ 172 mil nawtiku. Oriġinarjament it-tellieqa kellha tkun lejn Lampedusa, iżda l-kumitat tat-tlielaq iddeċieda li jibdel ir-rotta għal Licata minħabba l-isfidi loġistiċi li qed jiltaqgħu magħhom f’Lampedusa.
Mill-ftuħ mill-Port ta’ Marsamxett, rat il-jott ġdid Cape 31 Jubatus ta’ Sean Borg jagħmel id-debutt tiegħu. Meta l-flotta resqet lejn Licata, ir-riħ żdied bla mistenni fejn wasal sa madwar 25 mil nawtiku fis-siegħa fejn il-flotta fid-dawra lura minn Licata,
Jubatus kellha tiġi mmanuvrata ‘l barra biex tiġi evitata mewġa kbira. Il-bqija tal-flotta spiċċat imwaħħla bla riħ għal madwar sagħtejn sakemm f’Ragusa, il-kundizzjonjiet kienu ta’ madwar 12-il mil nawtiku fis-siegħa.
Jubatus kompla fuq quddiem,fejn żamm vantaġġ tajjeb u temm it-tellieqa quddiem ir-Royal Malta Yacht Club wara kważi 21 siegħa ta’ tbaħħir. Bil-ħin korrett Jubatus ħareġ rebbieħ tat-tiġrija segwit minn Jarhead, li kien immexxi minn Claudio Bugeja u Be Free ta’ Horst Huelsey.
Ir-Royal Malta Yacht Club issa qed iħejji għar-Rolex Middle Sea Race, fejn 109 dgħajsa mistennija jibdew it-tellieqa ta’ 606 mil nawtiku nhar is-Sibt 21 ta’ Ottubru.
//= $special ?>