Għaddew biss ftit jiem mill-bidu ta’ sena skolastika l-ġdida u dan is-settur reġa’ qed jaffaċċja bosta problemi – problemi li qed jaffettwaw kemm lit-tfal, lill-ġenituri kif ukoll lill-edukaturi.
Il-Gvern minn naħa tiegħu qed jagħti l-impressjoni li mhawx problema ta’ nuqqas ta’ edukaturi, iżda jidher li dan mhux minnu.
Diversi ġenituri li tkellmu ma’ Net News qalulna li l-Education qed issodd it-toqba ta’ nuqqas ta’ edukaturi b’releaver… bit-tħassib ta’ bosta ġenituri qed ikun dwar kemm uliedhom verament qed jieħdu t-tagħlim li għandhom bżonn. Dan hekk kif meta jkun hemm nuqqas ta’ għalliema, il-Ministeru tal-Edukazzjoni qed jibgħat releaver li x’aktarx ma jkollhomx kwalifiċi fis-settur; u sempliċiment joqogħdu fil-klassi jieħdu ħsieb lill-istudenti.
Persuni li tkellmu ma’ Net News spjegawlina kif bħalissa fl-Iskola Sekondarja ta’ Ħad-Dingli kif ukoll fil-Middle School u s-Sekondarja ta’ Pembroke mhemmx għalliema tal-Malti.
Il-problemi f’dan is-settur mhumiex biss relatati ma’ nuqqas ta’ għalliema… dan hekk kif il-kwistjonijiet relatati mat-trasport tal-istudenti, kif kien irraporta dan l-istazzjon ftit tal-jiem ilu, għadhom qed jippersistu.
Filfatt, rapporti fil-media kkonfermaw li bosta tfal li jużaw it-trasport tal-iskejjel offrut mill-Gvern, qed ikollhom joħorġu mid-dar minn kmieni filgħodu meta jkun għadu dlam u jiritornaw id-dar għall-ħabta tal-erbgħa u nofs. Jidher li dan kollu huwa kaġun tad-deċiżjoni tal-Gvern li ma jawtorizzax l-użu ta’ vannijiet 8 seater.
Dwar din il-kwistjoni, ftit tal jiem ilu, Net News staqsa lill-Ministru resoponsabbli mill-Edukazzjoni… fejn filwaqt li ma ċaħadx li teżisti din il-problema, prova jitfa’ t-tort fuq il-ġenituri stess għax skont hu, kienu huma li għażlu l-operatur. Bil-Ministru jibqa’ ma jagħti ebda soluzzjoni kif se tissolva din il-kwistjoni.
//= $special ?>