Aktar minn 40 persuna tilfu ħajjithom minħabba l-għargħar fir-reġjun tal-Ħimalajas. L-għargħar beda meta l-lag ta’ South Lhonak far minn diga idroelettrika nhar l-Erbgħa.
Dan kellu impatt fuq il-bliet u l-irħula tul ix-Xmara Teesta u affettwa madwar 22,000 ruħ. Kważi 100 persuna inklużi 22 suldat, għadhom nieqsa.
Diversi servizzi t’emerġenza qed jgħatu l-għajnuna bi pjanijiet biex madwar 1,500 turist mitluf, jiġi evakwat bl-użu tal-ħelikopters. L-ilma tal-għargħar qered 11-il pont, għamel ħsara lill-pipelines, u waqqa ‘l fuq minn 270 dar f’erba’ distretti.
//= $special ?>