Internazzjonali

Ir-Russja: Putin qed jgħid li ‘irnexxiet’ il-prova ta’ missila b’kapaċità nukleari

Il-President tar-Russja Vladimir Putin qal li pajjiżu rnexxielu jikkonkludi b’suċċess ‘l-aħħar prova’ ta’ missila cruise iġġenerata min-nukleari. Dan meta jingħad li l-arma sperimentali, li l-introduzzjoni tagħha tmur lura għall-2018, kapaċi twassal għal fuq id-distanzi mingħajr limitu,

Il-kummenti ta’ Putin ingħataw wara li kelliema għall-Kremlin kienu ċaħdu rapport f’The New York Times li l-provi tal-missila – magħrufa bħala ‘Burevestnik’ – kienu imminenti.

Skont id-data provduta sallum, il-missila hi ġenerata minn reattur nukleari waqt li kapaċi ġġorr warhead nukleari. Madankollu ftit hemm magħruf dwar il-kapaċitajiet tagħha u meta hemm ukoll rapporti li fallew numru ta’ provi preċedenti.

Il-Ministeru għad-Difiża f’Moska, fl-aħħar sigħat, lanqas ma kkonferma uffiċjalment li rnexxiet l-aħħar prova tal-‘Burevestnik’.