Sport Sport Ieħor

Jiu-Jitsu: Tmien midalji tad-Deheb għal Team Malta f’Milan

Avant Garde Brazlian Jiu-Jitsu Team kiseb riżultati mill-aqwa fil-Kompetizzjoni Nazzjonali AJP li saret f’Milan.

Ir-riżultat miksub huwa riżultat ta’ tlett snin ta’ preparazzjoni b’mod li kkonferma l-potenzjal tal-akkademja bħala l-aqwa waħda fit-Tournament.

Dan kien l-ewwel suċċess għal Team Malta f’kompetizzjoni internazzjonali fl-Italja li għolla bil-bosta l-profil ta’ Avante Garde Brazilian Jiu-Jitsu team fl-Ewropa.

Wara li sentejn ilu t-tim kien temm fit-tielet post fl-istess kompetizzjoni din is-sena, team magħmul minn 40 kompetitur minn livelli ta’ tfal, żgħażagħ u adulti rġiel u nisa rebħu tmien midalji tad-deheb, ħdax tal-fidda u għaxra tal-bronż.

Il-kontinġent ta’ Avant Garde Brazilian Jiu Jitsu kien immexxi mill-head-coach Thomas Gauty.