Taljana ta’ 37 sena residenti Marsaskala weġġgħet gravi wara li kellha inċident bil-mutur fil-flyovers tal-Marsa.
L-inċident seħħ il-Ġimgħa filgħodu għal-ħabta tat-8:30 fil-flyover ta’ Santa Luċija direzzjoni lejn il-Marsa.
Il-Pulizija marret fil-post u minn investigazzjoni li saret irriżulta li t-Taljana għal xi raġuni tilfet il-kontroll tal-mutur li kienet qiegħda ssuq bil-konsegwenza li waqgħet minn fuqu.
Tim mediku mar fil-post sabiex jassisti filwaqt li ambulanza ħadet lit-Taljana l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Aktar tard hija ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>