Raġel ta’ 32 sena u li joqgħod iż-Żejtun ġie ċċertifikat li qiegħed isofri min ġrieħi gravi wara li dalgħodu ittieħed l-Isptar Mater Dei.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel intlaqat minn Ford Kuga, li kienet qed tinstaq minn raġel
ta’ 44 sena residenti San Ġwann. L-inċident seħħ fi Triq Sir Temi Zammit, l-Imġarr.
Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku,li ħadu ir-raġel l-isptar b’ambulanza.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>