Lokali

Solidarjetà mal-istudenti tal-Arti u l-Istudji Umanistiċi- Moviment Graffiti

L-organizzazzjonijiet tal-istudenti appellaw kontra in-nuqqas ta’ rispett kontinwu lejn is-suġġetti tal-arti u l-istudji umanistiċi wara li fil-bidu ta’ sena skolastika l-ministru tal-edukazzjoni ħabbar li se jiġu miżjuda 36 kors fejn dawn se jibenifikaw min stipendju għola.

Dawn iż-żiediet fl-istipendju juru kif dan il-gvern qed jipproduċi ħaddiema sabiex jservu u jaqdu l-interessi kummerċjali, flokk ma jiffoka fuq l-iżvilupp intellettwali. Din l-inizjattiva turi kemm ma tibbenifikax lil l-istudent iżda qed tkompli twassal il-messaġġ ta kif l-għan primarju tal-edukazzjoni huwa sempleċiment biex twassal lil l-istudent fit-triq tal-ħidma flokk dik ta’ studju.

il-Moviment Graffitti qal kif ma jaqblux kompletament mal-istqarrija tal-Ministeru li s-somma miżera ta’ 80 ewro addizzjonali fix-xahar se sservi bħala xi inċentiv sinifikanti li jwassal lill-istudenti jagħżlu liema kors iridu jistudjaw. Minflok, dawn it-80 ewro se jkunu qegħdin biss joħolqu ġerarkija bejn korsijiet li skont uħud għandhom benefiċċju pożittiv għas-soċjetà, u oħrajn li apparentament m’għandhomx.

il-Grupp tal-Moviment Graffitti jinsab irrabjat flimkien ma gruppi oħra fil-qasam tal-edukazzjoni fejn qegħdin jopponu bil-qawwa l-idea li s-soċjetà tibbenefika biss meta jkun hemm tkabbir fil-GDP nazzjonali. Din l-idea mhijiex sostenibbli, tixhed nuqqas qawwi ta’ għarfien, u mhijiex ibbażata fuq il-verità. Fis-soċjetà tagħna, li hija mifnija bi stejjer ta’ korruzzjoni, nuqqas ta’ prinċipji demokratiċi u inugwaljanza, l-Arti u l-Istudji Umanistiċi huma essenzjali għat-tijib tas-soċjetà.