Lokali

Tweġġa’ gravi wara li ntlaqtet minn karozza fl-Imsida

Żvediża ta’ 59 sena weġġgħet gravi wara li ntlaqtet minn karozza fl-Imsida.

L-inċident seħħ il-Ġimgħa filgħodu għall-ħabta tas-7:15 fi Triq d’Argens.

Il-Pulizija marret fil-post u minn investigazzjoni li saret irriżulta li Żvediża li toqgħod il-Gżira intlaqtet minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 42 sena residenti x-Xewkija, Għawdex.

Tim mediku mar fil-post sabiex jassisti filwaqt li ambulanza ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Aktar tard, hija ġiet iċċertifikata li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.