Futbol Sport

Futbol Ingliż: Arsenal jospitaw lil Manchester City

(Ritratt: EPA)

Wara li kontra kull mistenni Manchester City sofrew l-ewwel telfa kontra Wolves, iċ-champions tal-Ewropa huma msejħa għal logħba importanti meta jmorru Londra kontra Arsenal.

Il-Gunners li kienu l-isfidanti ewlenin fl-istaġun li għadda jippruvaw jiksbu r-rebħa biex jaqbżu fl-ewwel post.

Arsenal żelqu fin-nixef kontra Lens fiċ-Champions League filwaqt li Man City kisbu rebħa tajba fil-Ġermanja.

It-tim l-ieħor ta’ Manchester, United, jipprova joħroġ mill-kriżi ta’ riżultati negattivi meta f’Old Trafford jilqa’ lil Brentford.

Logħbiet oħra mistennija huma dik bejn Brighton u Liverpool u dik bejn West Ham u Newcastle, żewġ timijiet li kisbu riżultati mportanti fil-kompetizzjonijiet Ewropej fost il-ġimgħa.

Illum

13:30 Luton v Tottenham

16:00 Burnley v Chelsea

16:00 Everton v Bournemouth

16:00 Fulham v Sheffield U

16:00 Man Utd v Brentford

18:30 Palace v Nottingham

Għada

15:00 Brighton v Liverpool

15:00 West Ham v Newcastle

15:00 Wolves v Aston Villa

17:30 Arsenal v Man City