F’ċerimonja li saret fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, il-Floriana, 18-il uffiċjal ġew ippreżentati biċ-ċertifikati tal-ħatra fil-grad ta’ Spettur tal-Pulizija. Tlieta mill-uffiċjali li laħqu Spetturi ħadu wkoll il-ġurament bħala membri ġodda tal-Korp tal-Pulizija, hekk kif ser jibdew iservu fi ħdan il-Korp tal-Pulizija għall-ewwel darba.
Qabel ma nħatru Spetturi, dawn l-uffiċjali kollha attendew kors ta’ 15-il ġimgħa fl-Akkademja tal-Forzi Dixxiplinati bħala uffiċjali kadetti, filwaqt li ser ikunu wkoll qed jattendu kors ta’ sentejn fl-Università ta’ Malta.
//= $special ?>