Lokali

Il-proġett Mediterranean Excellence Network b’kollaborazzjoni ma’ Media.Link

Kollaborazzjoni u ħidma konġunta.

Dan huwa l-proġett tal-Mediterranean Excellence Network (MEN) li nħoloq bl-għan li tiżdied il-mobbilità tal-ħaddiema żgħażagħ Maltin kif ukoll Sqallin, bil-ħolqien ta’ orjentazzjoni konġunta u servizzi ta’ appoġġ għall-impjiegi, internships.

Din il-kollaborazzjoni qed issir bejn istituzzjonijiet pubbliċi, ċentri tal-impjiegi Sqallin u Maltin, istituti tekniċi, kif ukoll aġenziji u korpi assoċjattivi u privati fis-suq tax-xogħol fiż-żewġ gżejjer, prinċipalment fis-setturi tal-protezzjoni ambjentali, it-turiżmu sostenibbli, l-ekonomija blu u l-kwalità tal-ħajja u s-saħħa taċ-ċittadini.

Dan il-proġett qiegħed isir ukoll b’kollaborazzjoni ma Media.Link, fejn diversi studenti Sqallin għamlu sitt xhur jaħdmu hawn sabiex jitgħallmu, kif spjega l-Kap tal-Operazzjonijiet Karl Gouder.

Żagħżugħ li għamel sitt xhur hawn sostna li tant kemm għoġbitu din l-esperjenza u Malta, li spiċċa baqa’ hawn, tant li kkonvinċa lil ħuħ u lil ħabibtu jiġu Malta wkoll sabiex ikollom din l-esperjenza .