Għal għeluq is-sittin sena, Godwin Debattista, flimkien ma tlett iħbieb tiegħu għażlu li jagħmlu mixja ta’ 60 mil mal-kosta maltija.
Il-mixija li ser tinqasam fuq jumejn , bdiet is-Sibt miċ-Ċirkewwa sa Marsaxlokk u l-Ħadd minn Marsaxlokk sa Buġibba.
Godwin Debattista flimkien ma Julian Muscat, Darren Aitchison u David Wilson, magħrufin ukoll bħala teamgoddo se jkunu qed jiġbru fondi għall-proġetti ta’ Fondazzjoni sebħ’.
F’kummenti li ta lil Net News Godwin Debattista, li propju qiegħed Malta għal din l-attivita, peress li hu jgħix Londra spjegalna kif malli sar jaf li tfal li jgħixu fir-residenzi tat-tfal ta’ Fondazzjoni sebħ għandhom xewqa kbira li jkollhom vaganza barra minn xtutna, hu deċida li jiġi Malta u jagħmel din il-mixxja, sabiex jinġabru dawn il-fondi.
Fondazzjoni sebħ toffri servizz residenzjali għal aktar minn 40 tifel u tifla li ma jistgħux jibqgħu mal-familji tagħhom. Jaħdmu ma dawn it-tfal hemm mat-80 persuna, għalhekk sabiex din ix-xewqa issir realta’ hemm bżonn ta’ ħafna donazzjonijiet, kif spjegalna Godwin Debattista.