Is-Sibt fil-ħdax ta’ filgħodu, terremot ta’ 6.3 fuq l-Iskala Richter laqat il-Punent tal-Afghanistan fejn tal-inqas 15-il persuna s’issa ġew ikkonfermati li tilfu ħajjithom filwaqt li ndarbu 78 oħrajn… bin-numri mistennija jiżdied fis-sigħat li ġejjin.
L-epiċentru kiem madwar 40 kilometru mir-raħal ta’ Herat, u t-theżżiż dam għaddej madwar siegħa inkluż l-dak li l-esperti jsejħu bħala aftershocks.
Il-linji tat-telefowns ġew maqtuha kawża tat-tgħeżżiż, b’hekk kien hemm diffikulta sabiex jkun hemm kuntatt maż-żoni affettwati.
Id-Deputat Prim Ministru tat-Taliban esprima l-kondoljanzi tiegħu għal persuni affettwati.
Dan kollu sar ftit aktar minn sena wara li terremot ieħor ħasad lil dan il-pajjiż, dan hekk kif f’Ġunju tal-2022 seħħ l-iżjed terremot fatali fl-Afghanistan f’dawn l-għoxrin sena, fejn mietu madwar 1000 persuna u weġgħu madwar 1500 persuna.
//= $special ?>