Lokali

Tifel ta’ 4 snin weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku f’Ħaż-Żabbar

Tifel ta’ erba’ snin ittieħed l-isptar Mater Dei fejn kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi.

Il-Ġimgħa għall-ħabta tal-ħamsa ta’ wara nosinhar seħħet ħabta fi Triq tal-Labour, Ħaż-Żabbar, meta għal xi raġuni karozza Toyota Ist misjuqa minn raġel ta’ 18-il sena residenti Ħ’Attard ħabtet ma karozza Volvo XC60 misjuqa minn raġel ta’ 54 sena residenti l-Mosta.

Passiġġiera fit-Toyota kien hemm mara ta’ 20 sena residenti Bormla u tarbija ta’ 4 xhur.

Fl-inċident intlaqtu ukoll Renault Captur u VW Polo li kienu ipparkjati. Fil-VW Polo kien hemm
raġel ta’ 54 sena residenti Ħaż-Żabbar, tifla u tifel ta’ 4 snin u żewġ subien ta’ 9 u 11-il sena.

Fuq il-post ingħatat l-għajnuna minn tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Ftit tal-ħin wara l-ambulanza ħadet il-raġel u t-tfal li kienu fil-VW Polo flimkien mat-tarbija ta’ 4 xhur u x-xufier ta’ 18-il sena, l-isptar Mater Dei.

Aktar tard it-tifel ta’ 4 snin kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi filwaqt li l-persuni l-oħra kienu ċċertifikati bi ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għadejjin