Internazzjonali

Weah qed jiffaċċja talbiet għal Qorti tar-Reati tal-Gwerra

L-eks stilla tal-futbol George Weah qed jikkontesta għat-tieni mandat ta’ sitt snin bħala l-president tal-Liberja, iżda naqas milli jimpenja ruħu mas-suġġett li qed jiddomina l-aħbarijiet Liberjani – li jitwaqqaf Qorti tar-Reati tal-Ekonomija u tal-Gwerra.

Ir-raġel ta’ 57 sena daħal fil-poter iwiegħed li joħloq l-impjiegi, jittrasforma l-ħajjiet u jwaqqaf il-Qorti. Iżda wara li tela fil-kariga fl-2018 hu argumenta li jekk wieħed iħares lura lejn reati antiki ma jkunx l-aħjar mod biex jinkiseb l-iżvilupp.

Il-pajjiż jopera sistema ta’ munita doppja, li jfisser li dawk imħallsa f’dollari Liberjani spiss ikollhom iħallsu għal ikel importat jew oġġetti oħra f’dollari Amerikani, filwaqt li ċ-ċittadini għadhom qed ibatu biex jgħixu minħabba l-effetti taż-żewġ gwerrer ċivili li saru fil-pajjiż madwar għoxrin sena ilu.

Fost id-19-il kandidat li hemm jikkontestaw kontra Weah, hemm l-eks Viċi President Joseph Boakai u n-negozjant Alexander Cummings, li t-tnejn li huma wiegħdu li jistabbilixxu l-Qorti tal-Ekonomija jekk jiġu eletti.