Sabiex tfakkar is-sitt snin mill-assasinju ta’ Daphne Caruana Galizia l-għaqda Repubblika flimkien ma Occupy Justice u manueldelia.com organizzaw wirja li tinkludi 24 biċċa ta’ arti b’aspetti differenti tal-kultura.
Vicki Ann Aquilina, il-kurattriċi ta’ din il-wirja spjegatilna kemm l-aspett kulturali huwa mod importanti ta’ kif tiġieled għall-ġustizzja u l-libertà.
Din il-wirja tinkludi varjeta ta’arti fosthom kwadri, sklutura, poeżiji kif ukoll ritratti. Il-poeżiji huma kollha miktubin minn awturi Maltin bl-eċċezjoni ta’ poeżija waħda li hija miktuba minn ġurnalista ċiprijot.
Il-Viċi President ta’ Repubblika qalet li ħajjet Daphne Caruana Galizia kienet konflitt sħiħ tat-tajjeb kontra l-ħażin. Kunflitt li jinspirra lil artisti sabiex jimmaġinaw xenarji differenti ta’ fejn it-tajjeb jirbaħ lil ħażin.
Fejn il-mafia toqtol, l-arti tagħti l-ħajja u toħloq it-tama.
Din il-wirja hija miftuħa għal pubbliklu, fl-Istitut Kattoliku fil-Furjana mit-Tnejn sal Ġmgħa mill- 10 ta’ filgħodu da 7 ta’ filgħaxija u Sibt u l- Ħadd mill 10 ta’ filgħodu dal-5 ta’ filgħaxija.
Il-ftuħ uffiċjali tal-wirja kien il-Ġimgħa 6 ta’ Ottubru u din il-wirja mistennija tibqa miftuħa sas-16 ta’ Ottubru, propju l-jum li fiħ nfakkru is-6 anniversarju mill-mewt ta’ Daphne Caruana Galizia.