Juventus rebħu d-derby u Milan huma leaders ġodda wara l-logħbiet tal-bieraħ.
Fid-derby della Mole Juventus ma fallewx fil-Juventus Stadium u grazzi għal żewħ goals fit-tieni taqsima għalbu lil Torino 2-0 biex issa jinsabu żewġ punti biss wara Inter.
Juventus kellhom problemi fl-attakk minħabba n-nuqqas ta’ Chiesa u Vlahovic iżda l-prestazzjoni tat-tim ta’ Allegri kient waħda konvinċenti fejn Juventus iddominaw għal ħinijiet twal u r-rebħa kienet waħda meritata.
Fl-ewwel taqsima Juventus kellhom goal ta’ Kean imħassar minħabba pożizzjoni rregolarti tal-istess plejer, iżda fit-tieni taqsima Juventus aċċertaw mir-rebħa meta Gatti fetaħ l-iskor fis-47 minuta u l-eks Napoli Milik skorja t-tieni goal fit-62 minuta.
Sorpriża f’San Siro fejn Inter waqqgħu żewġ punti kontra Bologna f’logħba fejn Inter dehru li se jiddominaw wara li skorjaw żewġ goals fl-ewwel minuti.
Il-bidu tan-Neroazzurri kien impressjonanti fejn Acerbi fetaħ l-iskor fil-11-il minuta u s-solitu Lautaro Martinez skorja t-tieni goal żewġ minuti wara.
Iżda Bologna daħlu fil-logħba b’penalty skorjat minn Orsolini fid-19-il minuta biex fit-52 minuta r-rimonta tar-Rossoblu kient kompluta meta Zirkzee kiseb il-goal tad-draw.
Fil-logħba ta’ filgħaxija Milan kisbu rebħa drammatika biex approfittaw miż-żelqa ta’ Inter u issa fetħu vantaġġ ta’ żewġ punti fuq Inter.
Milan skorjaw il-goal tar-rebħa permezz ta’ Pulisic fis-87 minuta.
Fil-ħin miżjud Milan kellhom lil Maignan imkeċċi u kellu jkun Giroud li għamilha ta’ goalkeeper fl-aħħar minuti drammatiċi, fejn Genoa laqtu l-lasta u kellhom ukoll lill-goalkeeper Martinez imkeċċi fi tmiem kommoventi.
Riżultati
Inter 2-2 Bologna
Juventus 2-0 Torino
Genoa 0-1 Milan
Illum
12:30 Monza v Salernitana
15:00 Frosinone v Verona
15:00 Lazio v Atalanta
18:00 Cagliari v Roma
20:45 Napoli v Fiorentina
//= $special ?>