Formula 1 Sport

Ic-champion Max Verstappen jirbaħ fil-Qatar

(Ritratt: EPA)

Wara li kien ikkonfermat bħala rebbieħ tal-Kampjonat tal-Formula 1 is-Sibt filagħxija wara li rebaħ l-isprint race, Max Verstappen rebaħ ukoll it-tellieqa tal-Ħadd biex b’hekk kiseb l-14-il rebħa matul l-2023. It-tellieqa kienet dominata minn inċident li seħħ fil-bidu bejn is-sewweiqa ta’ Mercedes, Lewis Hamilton u George Russell.

Fit-tieni post temm Oscar Piastri filwaqt li Lando Norris temm fit-tielet post. Minkejja l-inċident, George Russell temm fir-raba’ post, b’Hamilton ikollu jirtira mit-tellieqa. Charles Leclerc ta’ Ferrari temm fil-ħames post. Fernando Alonso u Esteban Ocon temmew fis-sitt u s-seba’ post rispettivament.

Valtteri Bottas daħal fit-tmien post u s-sewwieq Zhou Guanyu temm fid-disa’ post filwaqt li Sergio Perez temm fl-għaxar post.