Nhar it-Tnejn li għadda l-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana ħabbru uffiċjalment il-falliment tal-linja nazzjonali tal-ajru l-Air Malta u ħabbru li d-data tat-30 ta’ Marzu li ġej se tkun l-aħħar data li fiha se tkun qegħda ssir titjira mill-Air Malta biex mill-għada tibda titħaddem kumpanija ġdida tal-ajru.
Ħamsin sena tal-Air Malta fejn il-Gvern ta’ Robert Abela issa jirriżulta li ma kienx kapaċi jsalva lill-Air Malta u din se jkollha tagħlaq il-bibien tagħha b’diqa profonda u b’rabja għall-Maltin… inkluż għal ħafna Laburisti ġenwini li qegħdin jaraw il-linja tal-ajru ta’ pajjiżna mwaqqfa fl-1973 mill-Eks Prim Ministru Duminku Mintoff titkisser u tinġieb fix-xejn minn dan il-Gvern Laburista li ħelibha u abbużaha fil-veru sens tal-kelma u qatt ma kellu direzzjoni ċara u vijabbli għaliha.
Il-falliment ta’ Robert Abela fil-konfront tal-Air Malta – li llum bl-arroganza kollha jdawwarha u jiddeskriviha bħala okkażjoni storika pożittiva – tkompli tkabbar l-inċertezzi fost il-ħaddiema għar-rigward tal-futur tagħhom.
L-inċertezzi li jinġiebu bl-għeluq tal-Air Malta iżda mhumiex biss għall-ħaddiema tagħha, imma huma wkoll għal dawk li jimmilitaw fit-turiżmu u għall-klijenti li kellha din il-kumpanija.
Bla dubju ta’ xejn li llum kulmin għandu ftit melħ u jirraġuna jagħraf kif Robert Abela fis-saga Air Malta rnexxielu joħroġ fil-beraħ l-
inkompetenzi tiegħu, in-nuqqas ta’ trasparenza u n-nuqqas qawwi ta’ rispett lejn l-imsieħba involuti.
Bl-għeluq tal-Air Malta, jirriżulta bl-aktar mod ċar li l-Gvern ta’ Robert Abela falla hu u falla lill-Air Malta. Il-piż finanzjarju kaġun tan-nuqqas tal-Gvern ta’ Robert Abela qiegħed ikun stmat għal €300 miljun, b’ċifra massiċċa li tkompli żżid it-tħassib.
Ir-reputazzjoni ta’ Malta fis-settur tal-avjazzjoni, kaġun ta’ din l-inċertezza mill-Gvern ta’ Robert Abela, qegħda tqajjem mistoqsijiet dwar il-kredibbiltà ta’ Malta fix-xena internazzjonali.
In-nuqqas ta’ salvagwardja tal-Air Malta u dak kollu sussegwenti għall-ħolqien ta’ linja nazzjonali ġdida tal-ajru ħalla lil ħafna jiddubitaw l-abbiltà tal-Gvern li jamministra kwistjonijiet kritiċi fl-aħjar interess taċ-ċittadini tiegħu.
Fid-dawl ta’ dan kollu, il-poplu Malti u Għawdxi jistenna li l-Gvern ta’ Robert Abela jkun trasparenti u onest dwar il-futur tal-linja nazzjonali tal-ajru u x’se jkun qiegħed jiġri minn issa ‘l quddiem għaliex s’issa li nafu hu li l-linja l-ġdida tal-ajru se tibda taħdem fil-31 ta’ Marzu li ġej u se tkun qegħda ttir lejn sbatax-il destinazzjoni… Amsterdam, Berlin, Brussels, Catania, Dusseldorf, London Gatwick. London Heathrow, Lyon, Madrid, Milan, Munich, Paris CDG, Paris Orly, Praga, Ruma, Vjenna and Zurich. Il-kumpanija l-ġdida se tkun qegħda ttajjar flotta ta’ tmien Airbus 320NEO.
Ir-reazzjoni fil-midja soċjali għall-aħbar ta’ għeluq tal-Air Malta kienet waħda inġenerali ta’ diqa u rabja mill-Maltin li tassew għandhom għal qalbhom il-ġid ta’ pajjiżna. Dawn huma wħud mir-reazzjonijiet li slitna mill-midja soċjali: Michael Piccinino: Fl-2019, Konrad Mizzi kien qalilna li l-Air Malta qegħda tagħmel il-profitt u li salvaw lill-Air Malta. Illum Clyde Caruana se jagħlaq darba għal dejjem lill-Air Malta għax il-Gvern ta’ Robert Abela falla. Jistgħu tal-inqas jgħidulna Konrad Mizzi kienx qiegħed jigdeb fl-2019 jew kienx Clyde Caruana li falla lill-Air Malta? Jew waħda jew l-oħra, m’hemmx f’hix titfixkel.
Jason Micallef: Grazzi ta’ kollox Air Malta. Waħda mill-akbar monumenti nazzjonali tal-Perit Dom Mintoff fl-1974. Frott ta’ viżjoni u ħidma kbira minn gvernijiet Laburisti tas-snin sebgħin.
Mark Lombardo: …Sakemm ġie Konkrad Mizzi u…! Chris Micallef: Tort tan-Nazzjonalisti ukoll…! Ajma kemm int ħelu Jason! Allura madoff fi ħdax-il sena fil-Gvern ma stajtux tajtuha l-ħajja lill-Air Malta? Liam Caruana: Kieku ħaġa bħal din għamilha xi gvern Nazzjonalista kieku kemm kontu tniżżlu nies fit-toroq! Lucia Sammut: Għax ma tgħid li kien Gvern Laburista li kisser lill-Air Malta meta qabel l-Elezzjoni għabbiha b’balla nies li l-kumpanija ma kelliex bżonnhom. Imma l-aqwa li ppruvaw jisirqu l-voti tagħhom. Jonathan Agius: Tgħid x’tgħid kieku verament il-Gvern tal-Labour kien kapaċi, kien messu qajjimha fuq saqajha f’għaxar snin. Jewwilla dan mhux l-aqwa Gvern? Jewwilla Konrad Mizzi parla tant u wiegħedna tant! Melita Debattista Fenech: Konrad Mizzi ħaqqu tislima kbira oħra fuq din… tiftakruhom jgħidu li f’idejhom l-Air Malta tinsab f’idejn sodi?
Emmanuel Meilak: L-Air Malta fallewha u anki l-pajjiż sejjer il-baħar. Silvio Baldacchino: Jason Micallef… ħriġt ta’ hero bil-post tiegħek… kull darba jirnexxielek tgħaxxaqha! Frances Esposito: Imma x’nies intom? Kif ma tistħux? Kellna linja tal-ajru tagħna l-Maltin u għalaqtuha u issa se tibqgħu twaħhlu f’ħaddieħor. Mela nsejtu kemm kien wiegħedna affarijiet Konrad Mizzi… li l-Air Malta kienet sejra tajjeb u li qegħda tagħmel ħafna profitti? U issa fallejtuha!
Godwin Schembri: Tgħid nies bħal Karl Stagno Navarra se jroddu lura dak li serqu u ħatfu mill-Air Malta meta suppost kienu jkunu xogħol u minflok ma kontx tarahom b’nemes? Lora Bartolo: Lill-Air Malta falliha l-Gvern Laburista bid-deċiżjonijiet ħżiena tul is-snin li għaddew… fosthom il-famuż Konrad Mizzi li qatt ma kien fit for purpose! Min jaf x’sar minnu dan? Mark Cassar: Gvern Laburista li ma jafx jistħi. Anna Spagnol: Imisskom tistħu. Illum fallejtu lill-Air Malta u għada lill-pajjiż. Stephen Caruana: Mur għidlu lil Duminku Mintoff min kellu jkun li jidfen il-linja tal-arju li welled!
Reuben Hili: Dak li bena Duminku Mintoff ġabuh suf. Kemm serqu mill-Air Malta. Kemm daħħlu ħaddiema bla bżonn? U x’sar minnu Karl Stagno Navarra? Eric Muscat: Meta kont naħdem l-airport bejn l-1979 u l-1984 niftakarna konna ngħidulha Air Żejtun għax kienet diġà mgħobbija b’ħafna ħaddiema żejda tal-Eks Ministru Wistin Abela. Jonathan Calleja: Probabbilment li Joseph Muscat nesa milli jfassal ukoll road map għall-Air Malta! F’dak il-każ messu fassar fligħt map! Gvern Laburista li qiegħed ikisser lill-pajjiż… imma hekk riedet il-maġġoranza tal-poplu li vvutawlhom. Lorraine Zahra: Tiftakruh lill-Ministru Korrott Konrad Mizzi jgħidilna fuq it-titjiriet tal-Air Malta mill-ajruporti ta’ JFK fi New York u Mumbai fl-Indja? Imma dawn x’jaħsbu li huma? Istħu. George Paul Camilleri: Gvern Nazzjonalista kien ħalla programm warajh li beda fl-2012 iżda kif tela’ fil-gvern il-Labour fl-2013, warrbu dan il-programm permezz ta’ Edward Zammit Lewis li kull ma kien jaf fuq l-avjazzjoni kien biss li jmur xi vaganz. Imbagħad għabbew lill-Air Malta b’ħafna ħaddiema żejda… Ministru wara ieħor li mexxew lill-Air
Malta ikkontribwew biss kif daħnuha u kissruha. Huma tal-Labour li irrovinaw lill-Air Malta għalkollox. Colin Schembri: Ħabbejtek għal 27 sena sħaħ biex ma ngħidx għadni nħobbok sal-lum. Iltqajt miegħek meta kont ġuvni u se nkunu qegħdin ninfirdu meta llum miżżewweġ b’żewġt itfal. Laqqajtni ma’ għexieren ta’ nies, kollegi u li ħafna minnhomgħadhom ħbieb tal-qalb. Ħasra li kellek tispiċċa hekk. Magħsura minn ħafna nies li kienu qegħdin jeqirduk kuljum. Jalla min ġej minn flokok iservi kif servejt int. Arriverderci cara Air Malta l-bandiera tal-Malti. Julian Borg: Erba’ kelmiet ta’ vera! Għħalija l-Air Malta hi wkoll ikona tat-tfulija. Kemm tkun kburi meta tkunf’ xi pajjiż barra minn Malta u tara l-ajruplan tal-Air Malta! Issa daqshekk! Leonard Sacco: Dejjem tibqa’ f’qalbna. Tonio Zammit: Tieħu bla ma trodd is-swar trodd… u l-ħuta minn rasha tinten. Mariella Grixti: Tajjeb li l-ħaddiema jkunu jafu li skont il-Liġi tat-Transfer of Business, huma għandom id-dritt li jkomplu jaħdmu mal-kumpanija l-ġdida, bl istess paga, benefiċċji u kundizzjonijiet li kellhom qabel mal-Air Malta. Stephen Camilleri: Min jaf mil-liema distrett elettorali se jkunu l-ħaddiema tal-bidu ta’ din il-kumpanija ġdida? Hmm.. tgħid minn Birkirkara? Lino Busuttil: Whatever is said…Air Malta has a brilliant record in safety and in the sustainability of the tourism and the manufacturing industry, and that comes at a cost. Low cost is an other matter and one which lowered the standards of the whole aviation industry worldwide. While ticket prices may look attractive in low cost airlines, they are backed by higħ government concessions on taxes and airport charges, so they come at a cost too on our taxes. This year is the 50th anniversary of Air Malta and today we were told to standby for news about its transformation!
Frans Cassar: Imma buthom ma falliex ja ħnieżer fl-iffangar. F’jum il-ġudizzju… għad tisimgħu din iċ-ċanfira: Kont bil-ġuħ u kiltu waħedkom; kont bil-għatx u ħallejtuni mmut; kont l-isptar u ħallejtuni bla mediċina; kont il-ħabs għax sraqt landa corned beef u intom sraqtu l-miljuni u bqajtu tiġru barra; kont barrani għall-Partit tagħkom u sallabtun; kont bla saqaf fuq rasi u ħallejtuni norqod barra… issa jmiss lili li ngħidilkom: morru minn quddiemi u morru nħarqu fejn hu postkom!
Leli Gauci: Lill-ħaddiema ġenwini li servew f’xi żmien fl-Air Malta nroddilhom il-ħajr għas-servizz li taw lil pajjiżna. L-Air Malta kellha ħafna ħaddiema dedikati u serji li fittxew li jagħtu. Ħasra li tal-Labour qatt ma apprezzaw dan.
Evarist Bartolo: Din is-sena suppost li qegħdin niċċelebraw il-ħamsin sena mit-twelid tal-Air Malta. Minflok qed nassistu għall-funeral tagħha. L-Air Malta ma mitetx waħedha. Ma qatluhiex ir-realtajiet ġodda tal-avjazzjoni. Ma qatluhiex ir-regoli tal-Unjoni Ewropea. Qtilniha aħna l-Maltin bil-vizzji politiċi tagħna. Idejna mċappsin bid-demm tal-kuntratti korrotti, RJs, Azzurra Air, klijentelizmu bl-impjiegi ta’ mijiet ta’ nies mid-distrett tal-ministru responsabbli minn żmien għal żmien, kundizzjonijiet ġenerużi esaġerati ħafna ta’ xogħol. Fil-ħamsin sena li ilha teżisti, ir-responsabbiltà politika għat-tmexxija tagħha jinqasam indaqs mill-PN u mill-PL bil-gvernijiet differenti tagħhom. Ma nistgħux inwaħħlu f’xulxin. Inwaħħlu fina nfusna.
Kapaċi nagħmlu awtopsja tal-vizzji politiċi li qatluha biex ma jiġux ripetuti f’kumpaniji nazzjonali u f’oqsma oħra? Qiegħed nistenna wisq?
Kevin Mompalao: Mietet f’dak iż-żmien li fih int (Evarist Bartolo) stajt tagħmel xi haga u ma għamiltiex. Żgur li f’ħajtek stajt tagħmel aktar għall-Air Malta milli toqgħod komdu tikkummenta wara biċċa keyboard.
Paul Bonello: Dear Evarist, do you for a moment believe that the corrupt employment practices of the last years and other excesses will not be repeated at the new airline?
//= $special ?>