Il-UEFA pposponiet il-partiti kollha li kellhom isiru f’Iżrael fil-ġimgħatejn li ġejjin wara li fl-aħħar sigħat kompliet tikber it-tensjoni f’dan ir-reġjun. Fl-aħħar sigħat nqatlu aktar minn 600 Iżraeljan wara attakki minn Gaza.
Il-UEFA qalet li l-partita ta’ kwalifikazzjoni tal-EURO 2024 li kellha tintlagħab nhar il-Ħamis ġiet posposta kif ukoll il-partiti ta’ taħt il-21 sena u anke l-mini-tournament ta’ taħt is-17-il sena li kellu jsir fl-Iżrael bejn, l-Iżrael, il-Belġju, Ġibiltà u Wales. Il-UEFA żiedet tgħid li se tkun qed tanalizza s-sitwazzjoni u tirreaġixxi fiż-żmien li ġej filwaqt li l-partita li l-Iżrael għandhom kontra l-Kosovo fbarra minn darhom tista’ tintlagħab.
L-unika tim mill-Iżrael li qed jikkompeti f’kompetizzjonijiet Ewropej, Maccabi Haifa jmisshom jilagħbu barra minn darhom kontra Villarreal filwaqt li l-ewwel partita f’darhom hi skedata għas-7 ta’ Novembru kontra l-istess Villarreal.
//= $special ?>