Sport Sport Ieħor

Illum l-ewwel programm SPORT EXTRA għall-2023-24

Illum fil-5.15 pm jirritorna fuq Net Television il-programm SPORT EXTRA. 

Din l-edizzjoni se tkun is-26 waħda konsekuttiva tal-programm dejjem bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli.

It-tema ewlenija fil-programm se tkun it-68 edizzjoni tar-Regatta Nazzjonali 8 ta’ Settembru li din is-sena intrebħet mill-Birgu u Bormla.L-ewwel sitt xhur minħabba li ntrebħu aktar paljijiet ix-Shield se tkun għand il-Birgu.

It-tim tal-produzzjoni żar il-klabb tal-Birgu fejn fl-ewwel parti tal-programm intervisti ma’ Christopher Cassar ,Segretarju Ġenerali tal-Birgu Regatta Club kif wkoll ma’ Shazel Grima li flimkien ma’ Glynnis Mizzi rebħet għal darb’oħra il-kategorija tan-nisa.

Fit-tieni parti tal-programm intervisti mal-uffiċjal tal-Birgu Regatta Club Marlon Galea kif wkoll ma wieħed mill-protagonisti Clayton Darmanin b’mod partikolari ir-rebħ Ta’ Bi Tnejn flimkien ma’ Clyde Cutajar.

Sport Extra għandu preżentazzjoni u produzzjoni ta’ Charles Camenzuli filwaqt li l-assistenta tal-produzzjoni għal darb’ oħra hija Samira Cachia Spiteri u cameraperson Liam Briffa.