Lokali

“Issa xbajt!” – Conrad Borg Manché jirriżenja mill-Partit Laburista

Daqqa oħra għal Robert Abela fil-ġurnata li fiha se jlaqqa' d-delegati tiegħu

Dalgħodu, is-Sindku tal-Gżira Conrad Borg Manché ħabbar uffiċjalment ir-riżenja tiegħu mill-Partit Laburista.

Skont it-Times, is-Sindku tal-Gżira wassal l-ittra tar-riżenja tiegħu lill-Eżekuttiv tal-Labour, hekk kif stqarr li l-partit li kien jimmilita fih m’għadux jiġġieled għall-ħaddiema.

Ir-riżenja ta’ Conrad Borg Manché tfisser ukoll li l-Labour tilef lokalità oħra, għaliex il-Gżira issa qed titmexxa minn Sindku indipendenti. Dan wara li l-istess Sindku kien ilu xhur sħaħ iwissi dwar diversi kwistjonijiet serji; iżda ħadd mill-Gvern ma ta kasu – anzi, spiċċa ġie injorat.

Din ir-riżenja hi daqqa oħra għall-Prim Ministru Robert Abela, fil-ġurnata li fiha se jlaqqa’ d-delegati tiegħu għall-Konferenza Nazzjonali Laburista.