Rugby Sport

Rebħa storika għall-Portugall

Fiji……………………23

Portugall………….24

Il-Portugall kisbu rebħa storika meta f’partita ferm kumbattuta għelbu lil Fiji 24-23 iżda minkejja dan il-Fiji għamluha għall-kwarti finali. F’kummenti wara l-partita, Nicolas Martins qal li dan huwa mument inkreddibli għalih u anke għal pajjiżu fejn irnexxielha tinkiteb l-istorja f’dan l-isport.

Ġappun………………27

Arġentina……………39

L-Arġentina avvanzaw għall-kwarti finali wara li għelbu lil Ġappun 39-27. Hat-trick ta’ Mateo Carrera għen sabiex l-Arġentina kisbu din ir-rebħa importanti f’partita kruċjali minn Pool D. B’hekk issa l-Arġentina se jkunu qed jilagħbu kontra Wales.

Tonga…………………….45

Rumanija……………….24

Tonga kisbu l-ewwel rebħa f’din it-Tazza tad-Dinja meta għelbu lir-Rumanija bl-iskor ta’ 45-24 f’partita bi ftit interess hekk kif iż-żewġ timijiet kienu jinsabu fl-aħħar pożizzjonijiet ta’ Pool B. Iż-żewġ timijiet tilfu l-partiti kollha tagħhom matul din il-kompetizzjoni kontra l-Irlanda, l-Iskozja u l-Afrika t’Isfel.