Rugby Sport

Rebħiet għal Wales, l-Irlanda u l-Ingilterra

(Ritratt: EPA)

Is-SIbt kien il-jum ta’ qabel l-aħħar fil-fażi tal-gruppi qabel jibdew il-logħbiet tal-kwartifinali.

Kienet ġurnata fejn spikkaw il-pajjiżi Brittaniċi fejn Wales, l-Ingilterra u l-Irlanda ħarġu rebbieħa biex it-tlieta li huma aċċertaw mhux biss mill-kwalifikazzjoni iżda wkoll mir-rebħ tal-gruppi rispettivi tagħhom.

Ferm missielta iktar milli mistenni kienet ir-rebħa tal-Ingilterra fuq Samoa, rebħa li waslet biss fl-aħħar minuti tal-logħba fejn l-Ingilterra għamlu try u conversion biex dawwru r-riżultat u rebħu 18-17.

L-Ingilterra bdiet tajjeb bi try ta’ Chessum iżda Farrel ma rnexxielhux jagħmel il-conversion.

Iżda Farrell kien iktar preċiż fid-19-il minuta meta skorja penalty biex l-Ingilterra marret 8-0 minn fuq.

Iżda Samoa wettqu rimonta tajba biex sa tmiem l-ewwel taqsima kienu 14-8 fil-vantaġġ.

Ah Wong għamel try u Sopoage għamel il-conversion fl-24 minuta u l-istess Ah Wong u Sopoaga irrepetew ħames minuti wara biex Samoa marru minn fuq.

Fit-tieni taqsima Sopoage skorja penalty biex Samoa marru 17-8 minn fuq u fit-58 minuta Farrell għamel penalty għall-Ingilerra biex l-iskor sar 17-11.

Fit-73 minuta l-Ingilterra dawwru r-riżultat bi try ta’ Care u conversion ta’ Farrell.

Wales ftit sabu problemi kontra Georgia biex rebħu l-grupp tagħhom quddiem l-Awstralja.

L-Irlanda, meqjusa fost l-ikbar favoriti għar-rebħa finali kisbu r-raba’ rebħa meta għelbu lill-Iskozja 36-14 f’derby Brittaniku li kkonferma l-qawwa Irlandiża.

Riżultati

Wales 43-19 Georgia 

Ingilterra 18-17 Samoa 

Irlanda 36-14 Skozja 

Illum

Ġappun v Arġentina

Tonga v Rumanija

Fiji v Portugall