Is-seed numru tnejn Iga Swiatek temmet is-sensiela ta’ 16-il partita mingħajr telfa ta’ Coco Gauff hekk kif is-Sibt għaddiet għall-finali tal-Open taċ-Ċina b’rebħa dominanti ta’ 6-2, 6-3 fuq iċ-champion tal-U.S. Open.
Kienet l-ewwel telfa ta’ Gauff ta’ 19-il sena mill-kwarti tal-finali f’Montreal, medda li kienet tinkludi titli f’Cincinnati u fi Flushing Meadows.
It-tennista Pollakka għamlet biss erba’ żbalji mhux sfurzati fl-ewwel set, filwaqt li żammet pressjoni konsistenti fuq is-service ta’ Gauff, u għamlet break deċiżiv ta’ 3-1 biex kisbet is-set f’40 minuta.
Swiatek żammet il-kontroll assolut tagħha fuq il-logħba bl-andament ma jinbidilx fit-tieni set, fejn Swiatek għamlet break u żammet dan il-break sat-tmiem biex kisbet post fil-final.
Timeout mediku biex l-ispalla leminija ta’ Gauff tiġi evalwata ma kissirx il-momentum ta’ Swiatek hekk kif b’din ir-rebħa estendiet r-rekord fil-konfronti diretti ma’ Gauff fejn issa Swiatek tinsab 8-1 minn fuq.
“Ninsab tassew kuntenta bil-prestazzjoni tiegħi,” qalet Swiatek. “Inħoss li nista’ nerġa’ nilgħab liberament, għalhekk jien tassew kuntenta. Ilu żmien li ħassejtni hekk. Għalhekk, niftakar għall-kumplament tal-karriera tiegħi li minkejja li jistgħu jiġu żminijiet aktar iebsa, f’moħħok, inti tista’ dejjem tegħleb dan. U b’xogħol iebes, tista’ tikseb dan.”
Fil-finali issa Swiatek tibda favorita kontra Liudmila Samsonovo li fit-tieni semifinali għelbet lil Elena Rybakina ukoll f’żewġ sets. L-ewwel set kien ferm kumbattut u bilanċjat, set li spiċċa bit-tie break wara siegħa u sitt minuti ta’ logħob.
Fit-tieni set Samsonovo kisbet break kmieni u żammet dan il-vantaġġ biex rebħet is-set 6-3 f’ħin ta’ 36 minuta.
//= $special ?>