Tlett żgħażagħ ta’ 14, 16 u 18-il sena minn Bormla, Ħaż-Żabbar u Birżebbuġa ammettew l-akkużi miġjuba kontrihom wara li tressqu l-qorti fuq serq ta’ ħames muturi u quadbike bejn l-24 ta’ Awwissu u l-5 ta’ Ottubru fost l-oħrajn.
Iż-żgħażagħ, huma akkużati b’serq ta’ żewġ muturi minn Raħal Ġdid, iżda tnejn minnhom, dawk ta’ 14 u ta’ 18-il sena qed jiġu akkużati ukoll b’serq ta’ żewġ muturi oħra minn Birżebbuġa.
Fil-każ tal-akbar akkużat, Seyble Grech, ma saritx talba għall-ħelsien mill-arrest filwaqt li l-prosekuzzjoni qed tinsisti għal piena ta’ ħabs effettiva għaiex għamel reat waqt li kien fuq probation. Kien haw li d-difiża qalet li l-Qorti għandha tikkunsidra l-eta tiegħu, u li sentenza ta’ ħabs ma’ persuni kriminali mhux se tkun ta’ benefiċċju għalih. Id-difiża nsistiet li għandu bżonn programm imfassal apposta għalih. Is-sentenza tal-Qorti se tkun qed tingħata nhar il-Ħamis li ġej.
Fil-każ taż-żgħażagħ minorenni, il-Qorti ordnar divjett fuq isimhom kif ukoll li l-atti jintbagħtu lir-Reiġistratur tal-Qrati Kriminali biex jiġu assenjati lill-Qorti tal-minorenni. Dan filwaqt li d-difiża talbet il-ħelsien mill-arrest fejn il-prosekuzzjoni m’oġġezzjonatx sakemm ikun hemm kundizzjonijiet stretti.
Il-Qorti pperseduta mill-Maġistrat Astrid May Grima laqgħet it-talba u ordnat li jitpoġġew taħt ordni ta’ superviżjoni temporanja sakemm jingħataw sentenza mill-Qorti tal-minorenni. Huma jridu jiffirmaw fl-għassa tal-lokalità fejn jgħixu kuljum, filwaqt li jkunu d-dar bejn is-7pm u s-6am.
Huma ngħataw il-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ 500 ewro kull wieħed u garanzija personali ta’ ħamest elef ewro kull wieħed.
//= $special ?>