Lokali Parlament

Bżonn ta’ iktar konsultazzjoni u ħsieb fil-proġett ta’ San Ġwann


Abert Buttigieg, PN


Id-deputat Nazzjonalista Albert Buttigieg sostna fl-Aġġornament tal-parlament li hemm bżonn ta’ iktar konsultazzjoni u ħsieb fil-proġett ta’ San Ġwann.


Hu għamel referenza għall-proġett ta’ Project Green f’San Gwann quddiem u madwar il-knisja li qed ikompli fuq il-proġett li kien sar fl-2019 ta’ ġnien u bandli Karen Grech u l-parkeġġ f’Misraħ Lewza.
Quddiem din il-proposta wieħed ma jistax ma jaqbilx anke fid-dawl li Malta saret binja u żona waħda ta’ kostruzzjoni; għaldaqstant għandha bżonn żoni miftuħa u ġonna.


Hu qal li fid-dawl li qed ikun propost li jkun hemm mina quddiem il-knisja li minnha ser jgħaddu anke l-karozzi tal-linja, dan jidher li se jwassal li l-livell taż-żona miftuħa propost se jgħola. Hu staqsa jekk dan huwx minnu u kemm dan ser jogħla.


Id-deputat Nazzjonalista staqsa: jekk dan se jgħola dan se jwassal biex iz-zuntier tal-knisja u l-kunvent se jkun aktar baxx? kif se jkunu l-livelli tal-ispazju mifruħ u dak taz-zuntier? se jkun hemm dizlivell b’tali mod liz-zuntier se jkun l-isfel, f’ħofra?


Dwar l-aċċesibbiltà hu qal li l-hearse tal-mejtin se tkun fil-ġemb taz-zuntier u staqsa: dan ifisser lit-triq ser tidjieq jew inkella z-zuntier se jickien? x’inhuma l-pjani għal persuni b’diżabbiltà u anzjani li sallum dawn jitwasslu sat-taraġ taz-zuntier? dawn issa jridu jibdew jimxu mill-parkeġġ f’Pjazza Lewza sal-knisja?
Hu semma’ l-purċizzjonijiet u qal li dawn huma parti mir-ritwali reliġjuż u kulturali tagħna.


Skont il-fotomontaġġ, ir-rotot ta’ dawn il-purċissjonijet jridu jinbidlu kompletament għaliex hemmx aċċess biex dawn jgħaddu. Hu staqsa jekk kienx hemm qbil ma’ dawk li jorganizzaw dawn il-purċissjonijiet u mal-għaqda tal-armar.


Dwar l-iskavar hu qal skont il-proposta se jkun hemm mina u parkeġġ taħt l-art.


Hu staqsa jekkx sarx studju – technical geological report – fuq il-pedament tal-knisja fid-dawl li se jkun hemm skavar ta’ madwar 2/3 sulari taħt l-art kemmm quddiem u mal-ġenb tagħha.


Hu staqsa min ser jagħmel tajjeb għal kull eventwaliltà ta’ ħsara jew konsenturi għall-knisja. L-istess mistoqsija saret għall-binja tal-HE f’Misraħ Lewza. Il-pedamenti tal-HE jifilħu għal dan l-iskavar? Green Project tkellmet mal-Awtorità tad-Djar fuq dan ir-rapport? X’serħan tal-moħħ se jingħata lir-residenti biex dawn jibqgħu jserrħu rashom li huma fis-sigur?


Id-deputat Nazzjonalista qal li waqt l-unika laqgħa pubblika li saret intużat l-espressjoni li waqt ix-xogħolijiet ser ikun hemm ċaqlieq tan-nies. Jista’ wieħed ifisser x’wieħed qed jifhem b’ċaċlieq tan-nies? Dan ifisser li r-residenti se jintalbu jinħarġu mid-djarhom matul dan il-proġett li skont Project Green se jieħu mill-lanqas erba’ snin?


Dwar il-parkeġġ hu qal li skont il-fotomontaġġ id-dħul u l-ħruġ se jkun mit-Triq Felice Borg. Dan ifisser li kull min irid jidħol fil-car park, dan irid jgħaddi mit-toroq li s’issa huma kwieti bħal Triq il-Ġibjun u Triq ic-Cawsli. Dan ifisser li se jkun hemm żieda tat-traffriku għal dawn ir-residenti?


Filwaqt li l-Gvern qal li saru kunsultazzjoni wiesgħa, jirriżulta li fl-unika laqgħa pubblika li saret, il-maġġoranza ta’ dawk preżenti ma qablux. Jidher ukoll lis-suġġerimenti li saru ma ġewx imdaħħla fil-proposta finali.


Filwaqt li l-Kunsill Lokali qal li hemm qbil, s’issa l-proposta qatt ma kienet uffiċjalment fuq l-aġenda u lanqas kien hemm vot uffiċjali fuq il-pjanta finali. Għalkemm il-Kunsill iddiskuta din il-proposta fl-2022 u kien hemm qbil fi prinċipju, il-Kunsill naqas li jtella’ l-proposta finali fuq l-agenda u jieħu vot finali.
Hemm differenza bejn li wieħed jiddiskuti proposta u proposta finali. Skont il-minuti tal-kunsill dan ma ġarax. Jekk dan huwa hekk, allura mhux mifhum kif il-Kunsill qed igħid li hemm approvazzjoni.
Hu qal li s’issa ma hemmx numru tal-PA u lanqas tabella ta’ avviż.


Id-deputat Nazzjonalista semma’ l-eprjodu li fih se jsir il-proġett u qal li l-gvern qal li dan se jdum erba’ snin. Għalkemm dan diġa hu ħafna u se jfisser tbatija għal diversi imma wieħed jieħu din id-data “with a pinch of salt”. Il-proġett ta’ terminal fil-Ferries f’Tas-Sliema Sliema ilu ħames snin, it-triq fl-Imsida ilha xhur u l-pjazza li giet proposta fi Spinola ilha tliet snin u ma sar xejn. Il-gvern mhux kredibbli u r-residenti jafu dan!


Albert Buttigieg qal li jifhem li l-Gvern għandu għaġġla fid-dawl li f’Ġunju li ġej hemm l-elezzjonijiet tal-kunsilli u jixtieq jagħmel ftit propoganda imma tajjeb li jiftakar dak li jgħid il-Malti: ‘qattusa għaġġelija, ħrief ghomja tagħmel’!


Qed naqblu fi prinċipju imma hemm bżonn aktar kunsultazzjonijiet u ħsieb, sostna Albert Buttigieg.