Is-sistemi għat-twissija lill-poplu qed ikunu partikularment attivi f’Ġerusalemm u l-bnadi lejn in-naħa ta’ fuq ta’ Iżrael — fost rapporti li d-difiżi tal-Iżraeljani qed jinterċettaw il-missili sparati mil-Libanu.
Dan wara li l-grupp Hezbollah tal-militanti Iżlamiċi, li hu appoġġjat mill-Iran, ukoll qed jispara l-missili u l-balal tal-artillerija lejn Iżrael bħala ‘solidarjetà’ mal-Hamas u b’dawn l-attakki jseħħu mill-artijiet Lebaniżi tan-nofsinar.
Intant, il-kelliema f’Iżrael qalu li huma lesti wkoll biex jiġġieldu gwerra fuq il-front tal-Libanu anki waqt li qed iħejju offensiva tal-art kbira kontra l-militanti tal-Hamas f’Gaza.
//= $special ?>