Il-Partit Nazzjonalista jsellem il-memorja ta’ Evarist Saliba. Tul is-snin, taħt diversi amministrazzjonjiet, hu serva fi rwoli importanti, kemm fil-Ministeru tal-Affarjiet Barranin, kif ukoll bħala membru tal-Korp Diplomatiku.
Evarist Saliba jibqa’ mfakkar għall-mod eżemplari, serju u prefessjonali li bih serva lill-pajjiż. Jibqa’ eżempju ta’ persuna li dejjem ġabet l-interess tal-pajjiiż l-ewwel u li dejjem għamel unur lil pajjiżna.
Id-Deputat tal-PN Beppe Fenech Adami f’isem il-Partit Nazzjonalista jwassal il-kondoljanzi tiegħu lill-familja ta’ Evarist Saliba.
//= $special ?>