Lokali

Is-seba’ edizzjoni ta’ Miss u Mister Supranational Malta 2023

Is-Sibt filgħaxija ġiet konkluża s-seba’ edizzjoni tal-konkors Miss and Mister Supranational Malta 2023 li xxandret fuq Net television fejn ir-rebbieħa ta’ din is-sena se jkunu qed jirrappreżentaw lill-pajjiżna fil-Polonja is-sena d-dieħla.

Din is-sena, ir-rebbieħa tas-serata finali ta’ dan il-konkors kienet Shania Degiorgio, f’isem il-lokalità ta’ Raħal Ġdid. Filwaqt li fit-tieni post ikklasifikat Shanna Vella Rapa, f’isem il-lokalità tas-Swieqi, u fit-tielet post Suwaida Bugeja f’isem il-lokalità ta’ Ħaż Żabbar.

Madanakollu, Mister Supranational Malta intrebaħ minn Ruben Pulido, li se jkun qed jingħaqad mar-rebbieħa ta’ Miss Supranational fil-Polonja. Dan filwaqt li fit-tieni post ikklasifika Stefan Scepanovic minn Buġibba, u fit-tielet post ikklasifika Wayne Buhagiar mil-lokalità ta’ Birkirkara.

F’intervista li saret mar-rebbieħa t-tnejn tennew li jinsabu kburin b’dak li kisbu hekk kif issa se jirrappreżentaw lill-pajjiżna barra minn xtutna.

Intant, din is-serata li issa daħlet fis-seba’ edizzjoni tagħha, ġiet ippreżentata minn Joseph Chetcuti u Dylan Brignano, bil-mistednin speċjali jkunu Nicole Vella u Kelsey Bellante.