Janice Chetcuti, PN
Id-deputat Nazzjonalista Janice Chetcuti sostniet fil-parlament li jeħtieġ azzjonijiet effettivi u liġijiet għall-ħarsien tal-annimali.
Janice Chetcuti qalet li l-annimali jħossu bħall-bniedem u għandhom emozzjonijiet. Għalhekk l-annimali għandhom ħames libertajiet rikonoxxuti fl-UE li huma l-liberta mill-ġuħ, mill-għatx, mill-moqrija, mill-iskumdità u l-libertà minn kull biża’ u ansjetà. L-UE tiddeċiedi jekk pajjiż hux konformi ma’ dawn il-libertajiet mill-mod kif jitratta l-annimali.
Għalhekk Malta għandha tassigura li dawn il-libertajiet jkunu mwettqa iżda dan mhux il-każ għaliex f’Malta dawn il-libertajiet qed ikunu mittiefsa propju fid-Direttorat tal-Annimali. Hi qalet li ftit ilu fil-Port Ħeiels kien hemm ċaqlieq ta’ container li taħtu kien hemm erbat ifrieħ ta’ qattusa li ommhom kienet għadha kif weldithom iżda ma setgħetx tiġi lura biex tieħu ħsiebhom.
Il-ħaddiema tal-Port Ħieles ċemplu lid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali li wieġbu li m’għandomx ħalib, bottles jew min jista’ jieħu ħsiebhom. Dan mhux aċċettabbli għalkemm f’dan il-każ instabu voluntiera biex jieħdu ħsiebhom. Propju għalhekk għandhom jinħarġu skemi li fihom jintużaw il-voluntiera billi l-gvern jipprovdilhom ir-riżorsi neċessarji.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li ma tiflax tisma’ iktar krib u appelli mill-voluntiera biex dawn jingħataw l-għajnuna beix jħinu lill-annimali. Hi qalet li l-liġi li tieħu ħsieb il-pet sitters u l-boarding kennels għad ma tressqitx fil-parlament. Dan biex ikun hemm linji gwida kif jinżammu l-annimali waqt li jkun hemm liċenzji, postijiet adatti u linji gwida.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li liġi oħra hi dik dwar it-tgħammir tal-annimali mingħajr ebda gwida li tirregola dan kollu li wkoll il-gvern ma ressaqx.