Lokali Parlament

Jeħtieġ bidla fil-mentalità għall-bidliet fil-qrati


Joe Giglio, PN


Id-deputat Nazzjonalista Joe Gigilio qal li beix tkun imtejba s-sitwazzjoni fil-qrati, jeħtieġ fuq kollox li titwettaq bidla fil-mentalità.


Fil-parlament id-deputat Nazzjonalista Joe Giglio qal li hu tajjeb li se jkun hemm maġistrati appuntati fuq l-inkjesti biss.


Tajjeb ukoll li kienu appuntati maġistati ġodda bilaħħqu max-xogħol fil-qrati iżda minkejja dan hemm ħtieġa ta’ bidla fil-mentalità kif jaħdmu l-qrati. L-ikbar sfida li għandu kulħadd hi li titbiddel il-mentalità b’riforma radikali.


Id-deputat Nazzjonalista kompla li dawn ħafna reati ħafna kumplikati beix ikunu investigati u biex jittieħdu passi fil-qrati mili kien hemm fl-imgħoddi. Hu qal li s-soċjetà llum hawn ħafna reati li qed u piż enormi fuq il-pulizija fuq il-qrati.


Fost dawn hemm rati ta’ scams online, reati bil-kompjuters, il-ħasil tal-flus u reati finanzjarji. Din hi realtà ġdida fil-pajjiż, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li dan it-tibdil ġab piżijiet kbar fuq il-qrati Maltin.


Joe Gigilio qal li jeħtieġ li l-Prim Imħallef kien ċar li l-qrati qed jgħerqu; dawn huma l-Qorti tal-Familja, il-Qorti dwar il-Vjolenza Domestika u l-Qorti Kriminali partikolarment dik ta’ Għawdex. Malta hi l-inqas pajjiż li għandha ġudikanti skont il-popolazzjoni; għalhekk jeħtieġ li jiżdied l-ammont ta’ ġudikanti.


Il-Ministru tal-Ġustizzja jista’ jirdoppja l-ammont ta’ ġudikanti iżda din toħloq problema ta’ spazju fil-qorti. Jeħtieġ ikun ikkunsidrat jekk il-bini tal-qorti tistax isservi għall-esiġenzi tal-lum.


Diffikultà oħra hi fil-proċessi kriminali fejn il-ministru qed jipproponi li jbiddel il-mod kif isiru l-kumpilazzjoni. Problemi oħra hi fil-mod kif qed jinħatru l-esperti, fejn hemm biss numru limitat ta’ esperti. Għalhekk jeħtieġ li l-esperti ma jibqgħux appuntati mill-maġistrat.


Joe Giglio qal li problema oħra hi fil-ħaddiema tal-qorti fejn hemm nuqqas ta’ impjegati.