Clint Mansueto ma kienx biss jaqla l-pjaċiri…iżda kien ifittex li jaqilgħu l-pjaċiri lilu wkoll.
Il-gazzetta Times of Malta irrapportat illi għandha chats bejn Clint Mansueto eks direttur tal-liċenzji fi ħdan Transport Malta u Ray Mizzi, eks uffiċjal fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru illi issa jaħdem fil-qrib mal-Ministru Michael Falzon – chats li juru kif Mansueto talab lil Mizzi biex iqabbiżżlu ż-żewġt itfal tieghu fil-waiting list għal ċentru taċ-childcare partikolari.
“Qaluli li hemm waiting list” – Mansueto kien qal lil Mizzi lura f’Lulju tal-2018…b’dan tal-aħħar iwieġbu li se jara kif se jirranġalu.
Xahar wara jidher li kien għadu qed jistenna li jirranġawlu għax reġa’ bgħat lill-uffiċjal tal-Customer Care fl-OPM….b’Mizzi jwieġbu li l-problema kienet li s-sistema tikxef minnufih li xi ħadd ikun qabeż il-lista. Qallu li wieħed minn hawn u minn hemm kien jirnexxielu…madankollu tnejn kienet diffiċli. Għalkemm…f’lokalità oħra kien qallu li seta’ jaqdih.
Minkejja li sar tentattiv mit-Times sabiex jieħdu l-kummenti ta’ Ray Mizzi, dan ma kellimhomx.
Intant, issa li għaddew jiem sħaħ minn dawn l-allegazzjonijiet kollha u evidenza ta’ chats… il-Prim Ministru Robert Abela għadu qiegħed jiddefendi l-aġir tal-customer care tal-OPM – bin-narrattiva ta’ Abela u l-Ministri tiegħu tkun xejn ħlief attakk fuq il-midja.
Difiża assoluta fuq dan l-aġir u min qiegħed iwettqu
U rifjut totali biex jagħmlu apoloġija minkejja li l-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem fi stqarrija pubblika sostniet li Abela għandu jagħmel apoloġija għaliex qiegħed jistieden l-anarkija bil-politika tal-klijenteliżmu u nepotiżmu.
//= $special ?>