Sport Sport Ieħor

Karting: Tliet sewwieqa Maltin jiksbu riżultati pożittivi fl-Italja

Esperjenza mill-aqwa għal Benji Borg Irimia u Timothy Attard, ta’ 13 u 14-il sena rispettivament li ħadu sehem fil-125 OK Jr, li saret fit-trakka Sette Laghi Kart Track fl-Italja.

Iż-żewġ sewwieqa ġew magħżula mill-prinċipal ta’ GP Racing Karts Malta, Mike Clews wara wirjiet inkoraġġanti s-sena li għaddiet fejn kienu qed jirrapreżentaw lit-tim DPR.

Minkejja kompetizzjoni diffiċli, Borg Irimia rebaħ il-kategorija tiegħu filwaqt li ġie fir-raba’ post overall. Timothy Attard spiċċa fit-tielet post fil-klassi tiegħu u fit-tmien post overall.

Intant fl-istess kompetizzjoni ħadet sehem ukoll Jessica Calleja ta’ 11-il sena ukoll ma’ DPR, li anke hawn il-mekkaniċi ta’ dan it-tim għen lil Calleja tipprepara l-kart qabel it-tiġrija.

Callejja rat titjieb konsiderevoli fil-ħinijiet minn meta saqet l-aħħar f’dan iċ-ċirkwit, u minkejja li nqalgħu problemi mekkaniċi waqt it-tiġrija hija spiċċat fis-seba’ post fil-klassi 60 GR3 Mini.

Fix-xhur li ġejjin Jessica Calleja se tkun impenjata mhux biss f’taħriġ ma’ DPR iżda anke fi tlielaq oħra fil-Kartsport Circiut Races fl-Italja.

Fi tmiem it-tlielaq, it-tliet sewwieqa rringrazjaw ħafna lil Tim DPR, lil Mike Clews, u l-mekkaniċi kollha għad-dedikazzjoni u l-għajnuna kollha tagħhom.