L-uniku sptar pubbliku tal-annimali f’Ta Qali jinsab magħluq kompletament u s’issa jidher li m’hemmx ħjiel dwar meta ser jerġa jiftaħ il-bibien tiegħu.
Dan ikkonfermatu s-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said f’konferenza tal-aħbarijiet illi saret it-Tnejn filgħodu – ironikament waqt it-tnedija tal-white paper dwar il-liġi tal-pet sitters u dog breeding.
Alicia Bugeja Said stqarret illi minħabba li fis-Sajf li għadda, pajjiżna bagħta minn numru ta’ blackouts u qtugħ tad-dawl, dan ikkawża ħsarat estensivi f’dan l-Isptar…. u sa issa dan l-Isptar għadu magħluq.
S’issa mhux ċar xi problemi ġew ikkawżati f’dan l-uniku sptar tal-annimali u lanqas hemm idea dwar meta dan ser jerġa jibda jopera..
Sorsi li tkellmu ma’ Net News qalulna li l-Gvern minflok qed jimmira li jtejjeb d-drittijiet u l-ħarsien tal-annimali f’Malta … qiegħed jonqos milli joffri is-servizz veterinarju ta’ emerġenza li sippost huwa aċċessibli 24 siegħa kuljum – servizz li kien offrut mill-uniku sptar pubbliku tal-Annimali, li jinsab f’Ta’ Qali. Intant … waqt l-istess konferenmża tal-aħbarijiet, ġie mniedi dokument ta’ konsultazzjoni dwar il-white paper li titratta l-leġislazzjoni tal-pet sitters, pet grooming, pet boarding u dog breeding ….. snin wara li d-Dipartiment ta’ l-Animal Welfare ċanfar lill-Gvern għaliex baqa’ dipartiment nieqes mir-riżorsi umani, mingħajr struttura …. u aktar minn hekk m’hemmx il-leġiżlazzjoni xierqa biex jissalvagwardjaw anke l-istandards bażiċi Ewropej għall-benesseri tal-annimali.
//= $special ?>