Diversi tfal qed ikunu esposti għal abbuż online
10 ta’ Ottubru, il-jum rikonoxxut bħala l-Jum Dinji tas-saħħa mentali u huwa għalhekk li rridu nagħtu importanza lis-saħħa mentali ta’ kull individwu li jinkludi wkoll tfal ta’ età żgħira.
Fil-fatt skont rapporti li ħargu The Malta Trust Foundation u The Malta Foundation for the Wellbeing of Society, il-President Emeritus Marie-Louise Coleiro Preca appellat lill-awtoritajiet biex jixħtu dawl fuq is-saħħa mentali tat-tfal u jipproponu riżorsi li jipproteġuhom.
Skont ir-rapporti it-tfal qegħdin ibatu minn ansjeta u biżgħat li qed jirriżultaw fi sfidi ta’ mġieba.
Mill-proġġett li għamlet il-Malta Foundation for the Wellbeing of Society irriżulta li tfal Malti qegħdin jiġu esposti għall-abbuż onlajn li qed jirriżulta f’diversi problemi ta’ saħħa mentali fit-tfal.
Il-Kummissarju għas-Saħħa Mentali Denis Vella Baldacchino u Coleiro Preca saħqu li hemm bżonn issir azzjoni biex neliminaw il-problemi tas-saħħa mentali fit-tfal.
//= $special ?>