L-aħħar stħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir ipoġġi lil Net TV bħala l-iktar stazzjon privat segwit.
L-istħarriġ tal-BA sar fuq ix-xhur tas-Sajf, u jikkonferma li fuq medja ta’ ġimgħa Net TV issa qabeż l-istazzjon tal-Partit Laburista.
Dawn in-numri huma konferma anke tad-data li diġa’ kellu f’idejh Net TV. U issa, l-avvanz kbir li sar minn Net Media qed ikun imtenni anke mill-Awtorità tax-Xandir.
Intant, fejn jidħol stazzjonijiet tar-radju, issa Net FM tela’ fit-tielet post fost l-istazzjonijiet li l-aktar huma segwiti.